Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Identifikata żona viċin bajja li ser tinbidel f’arena sportiva

$
0
0

Is-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni, Riċerka, Żgħażagħ u Sports, Chris Agius ħabbar li l-Gvern identifika biċċa art viċin xi bajja f’Malta biex jiżviluppaha f’żona bir-ramel biex fiha jibda jiġi prattikat diversi sport. Is-Sur Agius qal li ż-żona bir-ramel mhux ser tkun fuq il-bajja nnifisha iżda l-proġett se jsir viċin biex din tkun tista’ tintuża fis-sajf kif ukoll fix- xitwa minn għaqdiet li jipprattikaw sport differenti fosthom il-fubol, handball u volleyball fuq ir-ramel.

Is-Sur Agius qal dan filwaqt li ħabbar li l-Kumitat Olimpiku Malti flimkien mal-Aġenzija Żgħazagħ għall-ewwel darba ser jorganizza erba’ sigħat ta’ sports fuq ir-ramel. Din l-attività bis-sehem ta’ mill-anqas seba’ organizzazzjonijiet sportivi ser tittella’ nhar it-Tlieta li ġej fil-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa.

Il-Kumitat Olimpiku Malti organizza din l-attività biex iħajjar aktar żgħażagħ jipprattikaw l-isport filwaqt li l-Aġenzija Żgħazagħ li ser tkun qed tiċċelebra l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ser tieħu sehem biex tiġġieled l-obeżità fost iż-żgħazagħ.

Fl-attività sportiva ser ikunu organizzati logħob tal-volleyball, futbol, handball, badminton u anki golf flimkien ma’ esebizzjonijiet tal-karate u zumba.

Din l-attività ser tittella’ fit-12 ta’ Awwissu bejn is-7.00 u l-11 ta’ filgħaxija fil-bajja tan-nofs, tal-Għadira. Il-Kumitat Olimpiku Malti ser jara li l-bajja ser tkun mgħammra b’dak kollu meħtieġ biex ikun jista’ jkun prattikat l-isport minn kulħadd mingħajr ebda ħlas.

 

The post Identifikata żona viċin bajja li ser tinbidel f’arena sportiva appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles