Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Nisa ġirien il-Qorti wara argument li ħalla waħda feruta

$
0
0

Żewġ nisa li qed jiffaċċjaw akkużi separati wara argument bejniethom nhar l-Erbgħa li matulu waħda minnhom spiċċat feruta b’daqqa ta’ sikkina, ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li t-tnejn wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

In-nisa, t-tnejn minn Ħal Qormi, jgħixu fl-istess blokk t’appartamenti fl-istess sular.

Ramona Magri ta’ 31 sena wieġbet li mhix ħatja li ppruvat toqtol lil Wendy Gauci ta’ 24 sena, li darbitha serjament, li kellha fil-pussess sikkina illegali, li saqet b’mod perikoluż u kisret il-paċi pubblika.

Wendy Gauci wieġbet li mhix ħatja li kkawżat ħsara b’valur t’aktar minn €1,000 fil-propjetà ta’ Magri, li ħebbet għaliha, li kisret il-paċi pubblika u li saqet b’mod perikoluż.

Waqt l-argument, Magri feriet lil Gauci f’idejha.

Gauci ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €1,000 u Magri fuq garanzija personali ta’ €3,000.

The post Nisa ġirien il-Qorti wara argument li ħalla waħda feruta appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles