Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Żewġ ministeri jiċħdu allegazzjonijiet dwar Sai Mizzi

$
0
0

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Ministeru għall-Ekonomija u Investiment ċaħdu allegazzjonijiet li saru dwar il-Konslu Ġenerali ta’ Malta f’Shangai u sostnew li dak li qed jiġi rrapportat huwa inveritieri u bla bażi.

Fi stqarrija ż-żewġ Ministeri qal li s-Sinjura Sai Mizzi Lang ġiet appuntata Konslu Ġenerali ta’ Malta fl-2014, wara li l-awtoritajiet Ċiniżi taw il-kunsens tagħhom biex Malta jkollha uffiċċju ta’ Konsolat Ġenerali fil-Belt ta’ Shanghai. Ingħad li r-responsabiltà li ngħatat is-Sinjura Mizzi Liang hija primarjament li tattira investiment lejn Malta u taqdi d-dmirijiet tagħha ta’ Konslu Ġenerali.

Il-Ministeri qalu li wara li ngħata l-kunsens tal-Gvern Ċiniż, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin beda l-proċess biex jiġi identifikat uffiċċju li jkun addattat biex iservi ta’ Konsolat Ġenerali ta’ Malta. Ingħad li biex jiġi identifikat dan il-post kien hemm negozjati twal għal diversi xhur u proċeduri li wieħed irid jimxi magħhom sakemm jingħataw il-permessi meħtieġa skont il-liġijiet tal-pajjiż.

Qalu li wieħed mid-doveri tas-Sinjura Mizzi Liang kien li tgħin b’mod attiv f’dan il-proċess. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ikkonferma li s-Sinjura Mizzi Liang qdiet u qed taqdi d-doveri tagħha bħala Konslu Ġenerali skont il-bżonn.

Il-Ministeri qalu li r-raġuni li għaliha sal-lum il-Konslolat Ġenerali ta’ Shanghai għadu ma bediex jipproċessa l-viżi għaċ-ċittadini Ċiniżi li jixtiequ jiġu Malta hi minħabba li l-post identifikat biex iservi ta’ Konsolat Ġenerali għadu qed jiġi attrezzat biex ikun konformi mar-regoli ta’ Shengen. Qalu li x-xogħol jinsab fi stadju avvanzat u l-uffiċċju mistenni jinfetaħ uffiċjalment għall-pubbliku fi żmien qrib.

Il-Ministeri sostnew li tul din l-aħħar sena s-Sinjura Mizzi Lang kienet attiva biex flimkien mal-Malta Enterprise tidentifika potenzjal ta’ investiment lejn Malta.

Għalhekk il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar sostnew li dak li qed jiġi allegat f’xi sezzjoni tal-mezzi tax-xandir lokali huwa inveritier u bla bażi.

The post Żewġ ministeri jiċħdu allegazzjonijiet dwar Sai Mizzi appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles