L-ogħla prosekutur ta’ Baltimore fl-Istati Uniti qalet li se tiftaħ kawża kontra sitt uffiċjali tal-pulizija dwar il-mewt ta’ Freddie Gray.
Marilyn Mosby qalet li l-mewt taż-żagħżugħ iswed ta’ 25 sena kien omiċidju u li l-arrest tiegħu kien illegali.
Hija u tħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet, id-dimostranti nfexxew jgħajjtu bil-ferħ.
Il-protesti f’Baltimore ilhom għaddejjin minn meta miet Freddie Gray li kien arrestat mill-Pulizija fit-12 ta’ April li għadda u miet ftit wara waqt li kien fil-kustodja tal-pulizija.
Spjegat li l-investigazzjoni indipendenti wriet li Freddie Gray miet b’riżultat tal-ġrieħi li ġarrab waqt li kien qed jinżamm f’vann tal-pulizija. Is-sitt uffiċjali tal-Pulizija kienu sospiżi wara l-mewt ta’ Gray.
The post Sitt pulizija f’Baltimore se jaffaċċjaw akkużi kriminali fuq il-mewt ta’ Freddie Gray appeared first on TVM.