Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Nirrispettaw l-privatezza tal-’Pigeon Man’

$
0
0

Skont iċ-ċensiment tal-2011, fl-Irlanda, kien hemm mas-sebgħin persuna li m’għandhomx saqaf fuq rashom u jgħixu fit-toroq.

Fost dawn il-persuni, hemm Martin, magħruf bħala The Pigeon Man li fl-aħħar sigħat spiċċa fiċ-ċentru ta’ diskussjoni online dwar jekk hux Slimiż jew le, wara li kien intervistat minn fotografu Irlandiż. L-intervista waslet biex l-Ambaxxata Maltija fl-Irlanda tidħol fil-każ b’ċertu kawtela.

“Ġibduli l-attenzjoni l-bieraħ filgħaxija għal blogpost ta’ Daphne Caruana Galizia u ovvjament bdejna ninvestigaw il-każ, iżda ma tantx nistgħu nagħtu informazzjoni… bħal kull każ konsolari,” qalet ix-Chargée d’Affaires Chantal Sciberras fl-Ambaxxata Maltija f’Dublin  lil tvm.com.mt.

Is-Sinjura Sciberras qalet li sa issa ma daħlet l-ebda talba għal għajnuna u qed jimxu b’kawtela kbira minħabba li jridu jħarsu l-privatezza tas-sinjur.

Qalet li “ma daħlet l-ebda talba għall-għajnuna, għalhekk irridu noqgħodu lura u ninvestigaw bil-mod. Irridu nirrispettaw privacy tal-bniedem għax jaf ma jridx għajnuna. Qed nimxu pass pass.”

Il-fotografu Dolan Moloney qal lil tvm.com.mt li meta fl-aħħar siegħat reġa’ mar jintervistah, Martin qal li hu twieled f’Texas u għix f’bosta pajjiżi Ewropej, fosthom f’Malta. Madankollu, fl-ebda ħin ma żvela fejn u kemm dam jgħix Malta.

The post Nirrispettaw l-privatezza tal-’Pigeon Man’ appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles