Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-bdiewa jaqblu mal-MEPA

$
0
0

L-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa u l-Koperattiva Ċentrali tal-Bdiewa qablu mad-dokument li l-MEPA ippublikat għall-konsultazzjoni dwar l-iżvilupp barra ż-żoni ta’ żvilupp (ODZ). Il-qbil sar wara li l-assoċjazzjoni kellha konsultazzjoni wiegħsa mal-membri tagħha.

Stqarrija tal-MEPA tgħid li r-regoli fis-seħħ bħalissa ma indirizzawx il-ħtiġiet ġenwini tal-bdiewa. Dawk li qed jiġu proposti huma aktar ċari u iffokati fuq dak li jista’ jsir u dak li ma jistax isir. B’hekk ser ikun hemm anqas spekulazzjoni u abbuż.

Id-dokument, li fih direzzjoni li hija mibnija fuq il-linji gwida li hemm fis-seħħ fl-Unjoni Ewropeja, qed jispeċifika fejn l-ekonomija rurali tista’ issir aktar vibranti b’mod sostenibbli. Qed jiġi muri fejn hemm possibilità ta’ diversifikazzjoni, qed jiġu ċċarati fejn hemm ħtieġa ta’ rispett ambjentali u qed iwissu b’mod ċar li minbarra dawn il-limiti se jeżerċitaw ‘zero tolerance’ biex jitrażżan l-abbuż.

The post Il-bdiewa jaqblu mal-MEPA appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles