Nikolaus Gretzmacher (ritratt fuq) huwa ċ-chairman il-ġdid tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Huwa se jiehu post Michael Hoeferer, li l-MIA ħabbret ir-rizenja tiegħu dalgħodu.
Hoeferer se jibqa’ direttur tal-kumpanija.
Gretzmacher għandu 38 sena u gradwat fl-ekonomija mill-Universita’ ta’ Vienna. Huwa ingħaqad mal-kumpanija Vienna International Airport 10 snin ilu u sentejn ilu laħaq ukoll viċi president anzjan.
The post Chairman ġdid għall-MIA appeared first on TVM.