Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Pass importanti biex tittaffa t-tensjoni fl-Ukrajna

$
0
0

L-Ukrajna l-President Viktor Yanukovych offra lill-Kap tal-Oppożizzjoni l-kariga ta’ Prim Ministru biex jipprova jmewwet il-protesti li f’dawn l-aħħar jiem saru vjolenti. S’issa ħames persuni tilfu ħajjiethom. Fost il-vittmi hemm pulizija.

Iż-żewġ naħat kellhom diskussjoni bit-tama li jintlaħaq ftehim u jintemmu d-demostrazzjonijiet kontra l-Gvern talli rrifjuta li jiffirma tfehim li jressaq il-pajjiż lejn l-Unjoni Ewropea.

Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Arseniy Yatsenjuk huwa membru tal-partit tal-ex-Prim Ministru Yulia Tymoshenko li bħalissa tinsab arrestata.

Il-President Viktor Yabukovych qal li huwa ser iċedi għal talbiet li qed tagħmel l-Oppożizzjoni biex tintemm il-kriżi fosthom li jkunu ememdati l-liġijiet u anke li jsir reshuffle fil-kabinett. Iżda d-demostranti qed jitolbu wkoll li l-President Yanukovich jirreżenja.

 

The post Pass importanti biex tittaffa t-tensjoni fl-Ukrajna appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles