II-President Franċiż Francois Holland ikkonferma li nfired mill-maħbuba tiegħu Valerie Trierweirler.
Dan stqarru mal-agenzija tal-aħbarijiet Franċiża, AFP; minkejja li aktar kmieni uffiċjali mill-uffiċċju tiegħu fil-Palazz Elysee ħarġu jgħidu li Ħollande ser jibqa’ ma Valerie u l-President Hollande mhux ser jitkellem mal-midja u mhux ser joħroġ ebda stqarrija.
Valerie għaddiet ġimgħa l-isptar meta sar magħruf li Hollande ilu aktar minn sentejn f’relazzjoni ma’ attriċi.
Il-President Hollande qatt ma ċaħad li huwa kien f’din ir-relazzjoni.
The post Jikkonferma li spicca minn ma’ Trierwieler appeared first on TVM.