L-Imħallef Anna Felecie ordnat kumpens ta’ kważi €50,000 lil tifel ta’ disa’ snin li sofra diżabiltà permanenti kaġun ta’ tagħmir fl-isptar San Luqa li ma ħadimx tajjeb.
It-tifel tewmi twieled qabel iż-żmien permezz ta’ operazzjoni ċesarja u kien tpoġġa ġo inkubatur.
Dan l-apparat ikkaġun kundizzjoni fit-tarbija minħabba li ma kienx qed jaħdem tajjeb.
Minkejja li ngħata kura anke barra minn Malta, it-tifel baqa’ jsofri mill-kundizzjoni bil-Qorti tgħid li l-inċident ikkawża diżabiltà permenanti ta’ 13% minħabba problemi ta’ kif jieħu n-nifs. Il-każ kien ġara f’Diċembru tal-2004.
The post Jingħata kumpens għal diżabiltà li sofra minħabba tagħmir difettuż appeared first on TVM.