Il-Union tal-ħaddiema tal-banek, l-MUBE ħabbret li ser tintensifika l-azzjonijiet industrijali li bdiet fl-aħħar jiem fil-Bank HSBC minħabba tilwima industrijali dwar it-tiġdid tal-ftehim kollettiv.
F’direttiva ġdida lill-ħaddiema tal-HSBC, l-MUBE ordnatilhom biex fil-fergħat tal-bank jibdew jagħtu s-servizz tagħhom lill-klijenti sagħtejn aktar tard mis-soltu.
Il-Union qalet li s-servizz lill-klijenti ser jibda jingħata fl-10.30 a.m minflok fit-8.30 a.m.
The post HSBC: tinqeda mill-10.30 a.m. ‘l quddiem appeared first on TVM.