Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ħruġ ta’ diesel fis-Siġġiewi

$
0
0

Għal xi ħin fis-Siġġiewi, it-triq quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ San Nikola kellha tingħalaq għat-traffiku wara kwantità kbira ta’ diesel li spiċċa nfirex mat-triq.

Qarrejja ta’ tvm.com.mt kkonfermat magħna li d-diesel infirex sew hekk kif kien jibda mill-pjazza u jibqa’ sejjer sal-bypass tas-Siġġiewi u saħansitra sa ħdejn ir-roundabout fejn hemm il-Hunters bar.

Fuq il-post issejjħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li ferrxu r-ramel tul it-triqat li matulhom inxtered id-diesel biex ineħħu l-periklu li nħoloq kawża ta’ dan il-likwidu.

 

Ibgħat ir-ritratti tiegħek fuq news@pbs.com.mt

 

Spillage2

The post Ħruġ ta’ diesel fis-Siġġiewi appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles