Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Fondazzjoni ġdida biex toħloq responsabiltà fil-logħob tal-flus

$
0
0

Il-Ministru Coleiro Preca ħabbret li ser titwaqqaf Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni filwaqt li flimkien mas-Segretarju Parlamentari Zammit Lewis niedew Fondazzjoni ġdida bl-isem ta’ Responsable Gaming Foundation li ser ikollha l-għan li teduka lill-pubbliku jkun responsabbli meta jilgħab il-flus.

Kull sena, is-settur tal-gaming joħloq 10% tal-ġid li jipproduċi l-pajjiż. Aktar minn 380 kumpanija għandhom liċenzja maħruġa mill-Awtorità tal-Lotteriji u l-Logħob.  Fl-aħħar sena dan is-settur kiber bi 8 fil-mija u fih jaħdmu aktar minn 7,000 persuna.

Għal dawk li jħarsu mil-lenti ekonomika din l-industrija toħloq ħafna ġid iżda għal dawk li jħarsu mil-lenti soċjali din l-industrija tista’ toħloq ukoll ħafna problemi li wħud minnhom jista’ jkollhom konsegwenzi serji ħafna. Biex jinstab bilanċ bejn dawn iż-żewġ estremi l-Gvern ħareġ bil-hsieb li titwaqqaf fondazzjoni ġdida li ser tkun finanzajta mill-Kumpaniji tal-Logħob Liċenzjati f’Malta minkejja li l-maġġoranza kbira tal-konsumaturi huma barranin. Iċ-Chairman Eżekutti tal-Awtorità Joseph Cuschieri qal li l-Kumpanija Maltco għandha obbligu kuntrattwali li tgħaddi lil din il-Fondazzjoni €50,000 fis-sena.

Is-segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku Edward Zammit Louis qal li l-impenn tal-Gvern jibqa’ li ser isaħħaħ dan is-settur.

Il-Ministru tal-familja u s-Solidarjetà Soċjali Marie Louise Coleiro Preca minkejja li fehmet l-importanza ta’ dan is-settur qed taħdem biex tnaqqas kemm jista’ jkun l-konsegwenzi negattivi.

Il-Fondazzjoni Responsable Gaming ser ikollha finanzjament sod u ser titmexxa minn rapprezentanti mill-qasam tal-edukazzjoni, tal-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, l-industrija u l-Awtorità tal-Lotteriji u l-Logħob.

Il-Ministru Coleiro Preca ħabbret ukoll li dalwaqt titwaqqaf Agenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni biex id-diversi servizzi li bħalissa jingħataw minn organizzazzjonijiet differenti jingħaqdu taħt kappa waħda. Il-Ministru Coleiro Preca qalet li għalkemm il-pajjiż għandu ħafna servizzi r-riżultat mhux dejjem ikun dak mixtieq fejn sotniet li din l-Agenzija ser twassal biex ir-riżultati jkunu ferm aħjar.

Servizz: Tony Dimech

 

The post Fondazzjoni ġdida biex toħloq responsabiltà fil-logħob tal-flus appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles