Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Emanuel Mallia qal illejla fil-Parlament li f’dawn l-aħħar sitt snin, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 88 persuna fuq akkużi ta’ moħqrija ta’ annimal.
Meta kien qiegħed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Charlo Bonnici dwar il-qtil ta’ annimali fil-Mosta li ilhom isiru mill-2011 ‘il hawn, il-Ministru Mallia wieġeb li l-Pulizija għada għaddejja b’investigazzjoni meħtieġa u qiegħda tagħmel kull sforz biex jiġi identifikat kull minn hu involut f’dawn ir-reati u jitressaq quddiem il-Qorti skont il-liġi.
Dr Mallia qal li għal darba oħra f’dan l-istadju ta’ l-investigazzjoni ma jħossx li għandu jingħata aktar tagħrif li jista’ jxekkel l-istħarriġ li għaddej bħalissa.
The post 88 persuna investigati dwar qtil ta’ annimali appeared first on TVM.