Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Post riservat fuq il-vapur tal-Gozo Channel

$
0
0

Il-kumpanija Gozo Channel li topera s-servizz bil-baħar bejn Malta u Għawdex qiegħda fil-proċess li ddaħħal servizz ġdid li permezz tiegħu, il-passiġġieri se jkollhom l-opportunità li jirriservaw minn qabel post fuq il-vapuri tal-kumpanija.

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal fil-Parlament li ġie kkummissjonat studju dwar l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ ‘priority boarding’ fuq il-vapur tal-Gozo Channel. Huwa qal iżda li dan l-istudju għadu mhux finalizzat.

Dr Refalo kien qiegħed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Chris Said li staqsa jekk ġiex ikkummissjonat survey mill-Ministeru tiegħu jew mill-Gozo Channel dwar nollijiet tal-Gozo Channel u priority boarding għal min iħallas iżjed.

Ikkuntattjat minn tvm.com.mt, iċ-Chairman tal-Gozo Channel, Joe Cordina qal li l-ħsieb tal-kumpanija huwa li tintroduċi dan is-servizz lill-passiġġieri tagħha. Is-Sur Cordina qal li b’dan is-servizz gdid, il-passiġġieri tal-Gozo Channel jkunu jistgħu jserrħu rashom li għandhom post riservat fuq il-vapur skont l-iskeda.

Huwa qal li dan is-servizz se jkun qiegħed jintuża l-aktar minn dawk li jkunu jridu jmorru l-ajruport, kif ukoll dawk li jkollhom xi appuntament importanti. B’dan il-mod, il-passiġġier ikollu moħħu mistrieħ li jaslu fid-destinazzjoni tiegħu fil-ħin.

Iċ-Chairman tal-kumpanija żied jgħid li bħalissa qegħdin jaraw id-diffikultajiet li hemm marbuta mal-introduzzjoni ta’ dan is-servizz, bil-għan li meta tidħol fis-seħħ ma jkunx hemm kumplikazzjonijet.

Huwa sostna li  hemm bżonn ta’ riforma fil-Gozo Channel u din hija waħda mill-inizjattivi li qegħdin jittieħdu biex il-kumpanija tibda toffri servizz aktar effiċjenti lill-passiġġieri tagħha.

Għawdxin li jagħmlu użu frekwenti mis-servizz tal-Gozo Channel qalu li mhux l-ewwel darba li tilfu l-vapur u spiċċaw jistennew aktar minn tliet kwarti sakemm jasal il-vjaġġ ta’ wara.

Rapport: Owen Galea

The post Post riservat fuq il-vapur tal-Gozo Channel appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles