Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

PL: Simon Busuttil jrid itellef milli jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma

$
0
0

Il-Ministeru għall-Enerġija qal illejla fi stqarrija li l-proġett tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass f’Delimara qed jimxi skont id-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropea u l-liġijiet ta’ Malta f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ proċessi ambjentali, saħħa u sigurta’.

Il-Ministeru qal dan wara li aktar kmieni waranofsinhar il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola ħabbret li ressqet petizzjoni lill-Parlament Ewropew fejn ħeġġet lill-Kummissjoni Ewropea biex tinvestiga r-riskji marbuta mas-sigurtà tal-pubblika mill-pjan tal-Gvern li jaħzen il-gass f’vapur qrib il-kosta.

Fir-reazzjoni tiegħu l-Ministeru qal li din il-mossa ta’ Simon Busuttil u l-Oppożizzjoni li jressqu petizzjoni kontra kontijiet orħos u arja aktar nadifa, f’nofs proċess ta’ studji ambjentali u ta’ saħħa u sigurtà hija l-aħħar minn sensiela ta’ manuvri negattivi maħsubin biss biex jagħmlu ħsara lill-familji u n-negozji.

L-istqarrija temmet tgħdi li dan mhuwiex l-ewwel każ li bih l-Oppożizzjoni pprovat tfixkel il-proċess ta’ roħs fil-kontijiet. Intqal li wara l-elezzjoni ġenerali ppruvaw jitfgħu dubju fuq il-proċessi ta’ xiri kompetittiv u transparenti, kif ukoll dwar il-proċess ta’ ppjanar ambjentali.

“F’dawn iż-żewġ istanzi l-Kummisjoni Ewropea tat l-approvazzjoni għall-mod serju u trasparenti għall-mod li bih qed jimxi l-Gvern”, temmet tgħid l-istqarrija.

The post PL: Simon Busuttil jrid itellef milli jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles