Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Farrugia: Irridu nagħlqu l-bibien għall-korruzzjoni fil-MEPA

$
0
0

Meta llejla komplew is-sensiela ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi tal-Gvern, is-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia, responsabbli mill-ippjanar u s-simplifikazzjoni tal-liġijiet qal li dalwaqt ikun ippubblikat pjan strateġiku ta’ żvilupp għall-pajjiż. Qal li dan il-pjan se jitressaq quddiem il-Kabinett biex wara jinfetaħ proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. Dr Farrugia qal li fuq dan il-pjan se jsiru l-pjani ta’ żvilupp lokali u anke dak nazzjonali.

Dwar il-bini għoli Dr Farrugia qal li biex jinħareġ permess irid ikun hemm biżżejjed spazju miftuħ fil-madwar. Spjega li mhux se jippermetti li jsir bħalma ġara f’Tas-Sliema fejn qal li mal-kosta telgħet purtiera ta’ bini li għalqet l-arja ta’ din il-lokalità.

Dr Farrugia qal li l-pajjiż qiegħed ibati f’dik li hija kompetittività minħabba l-burokrazija fejn spjega li din se tibqa’ tkun indirizzata kontinwament. Qal ukoll li għall-ewwel darba l-performance bonus tal-uffiċjali għolja tal-Gvern se jkun marbut mat-tnaqqis tal-burokrazija fid-dipartimenti tagħhom.

Il-Mepa kienet l-aktar entità li ssemmiet fid-djalogu ieħor ‘Viċin Tiegħek, Gvern li jisma’ fejn Dr Farrugia qal li qed jaħdem biex jagħlaq il-bibien għall-korruzzjoni biex kemm jista’ jkun isir dak li huwa sewwa.

The post Farrugia: Irridu nagħlqu l-bibien għall-korruzzjoni fil-MEPA appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles