Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Arrestati 108 fl-operazzjoni internazzjonali ‘boiler-room’

$
0
0

L-awtoritajiet Spanjoli arrestaw 75 Ingliż u tliet Amerikani bħala parti mill-operazzjoni ‘boiler-room’ kontra frodi internazzjonali minn investiment. Dawn l-arresti kienu parti minn operazzjoni konġunta bejn l-awtoritajiet Ingliżi, Amerikani u Spanjoli li matulha kienu arrestati 108 persuni fi Spanja, fir-Renju Unit, fis-Serbja u fl-Istati Uniti.

Fi stqarrija l-Ministeru tal-Intern Spanjol qal li l-aħħar arresti saru f’Barcelona, f’Malaga u f’Mallorca fi Spanja u kienu parti minn operazzjoni internazzjonali li fiha kienu arrestati wkoll 20 suspettat fir-Renju Unit, tmienja fis-Serbia u 2 fl-Istati Uniti.

Eluf ta’ anzjani ta’ bejn is-60 u s-70 sena spiċċaw vittmi ta’ skema falza ta’ investiment wara li kienu mġiegħla jinvestu f’ishma u prodotti oħra ta’ investiment foloz. Skont il-Minsteru tal-Intern Spanjol, is-suspettati kienu jgħidu li huma brokers u kienu jikkuntatjaw lill-vittmi fuq perjodu ta’ sitt xhur sa sena biex jikkonvinċuhom jinvestu aktar flus. Wara sena, s-suspettati kienu jżarmaw minn fejn ikunu qed joperaw u jmorru f’post ieħor biex jagħmlu kuntatt ma vittmi oħra.

Il-Pulizija Spanjola qalet li s-suspettati kienu jgħixu ħajja ta’ lussu minn fuq il-flus tal-vittmi tagħhom b’karozzi lussużi u ġojjellerija fost oħrajn. L-Awtoritajiet qalu li ffriżaw kontijiet finanzjari internazzjonali u għandhom biżżejjed evidenza kontra s-suspettati fosthom listi ta’ klijenti, struzzjonijiet biex jidħku bil-vittmi, statements tal-banek u dokumentazzjoni finanzjarja. Fil-pussess tal-awtoritajiet Spanjoli hemm ukoll mobiles, armi, flus kontanti, credit cards u vetturi lussużi.

Il-mezzi tal-media Ingliżi rrapurtaw li kien hemm minn ta’ lanqas 850 vittma ta’ din l-iskema falza filwaqt li l-Awtoritaijet Spanjoli qalu li fl-2012 kien hemm mal-5,000 ruħ li sfaw vittmi ta’ din l-iskema.

The post Arrestati 108 fl-operazzjoni internazzjonali ‘boiler-room’ appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles