Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Joħorġu l-istipendi b’żieda għall-għoli tal-ħajja

$
0
0

Għall-ewwel darba fl-aħħar jiem, l-istudenti rċevew l-istipendju b’żieda għall-għoli tal-ħajja. Fi stqarrija l-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li din il-miżura tassigura li fis-snin li ġejjin, l-istipendju jissaħaħ u mhux jonqos f’termini reali.

Intqal ukoll li studenti li rrepetew u applikaw biex jirċievu l-istipendju, se jirċievu l-ewwel stipendju fil-jiem li ġejjin. Fl-istess stqarrija kien spejgat li l-istipendju lil dawk li rrepetew mhux jingħata b’mod awtomatiku u li kull student qiegħed ikollu l-impenn u r-riżultati mistħarrġa u deċiżjoni tittieħed fuq bażi ta’ sforz. Dawk li jirrepetu wara li ma jkunu għamlu ebda sforz mhux se jieħdu l-istipendju. 

The post Joħorġu l-istipendi b’żieda għall-għoli tal-ħajja appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles