Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

L-immigranti jaħarbu u jispiċċaw lura Malta

$
0
0

Il-bierah fil-Qorti żewg immigiranti oħra spiċċaw il-ħabs wara li ħarbu minn Malta iżda ġew ritornati lejn pajjiżna mill-Isvizzera. tvm.com.mt stħarreġ il-fenomenu tal-ħarbiet tal-immigranti u l-implikazzjoni tiegħu fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tar-regoli tat-Trattat ta’ Dublin.

Cifri li għandu tvm.com.mt juru li s-sena li għaddiet kien hemm għexerien ta’ każi minn dawn, bil-pajjiżi Ewropej japplikaw it-trattat ta’ Dublin li jesiġi li l-immigranti ma jistgħux jivvjaġġaw liberament fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u iridu jibqgħu fil-pajjiż fejn ikunu żbarkaw.

Dr Neil Falzon mill-Fondazzjoni Aditus li taħdem fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem hu tal-fehma li dan il-proċess ta’ ritorn sfurzat jista’ jammonta għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

Ċifri mill-Ministeru tal-Intern juru li mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, fl-2004, kien hemm mal-1,985 immigranti li ġew ritornati lejn Malta minn xi pajjiż Ewropew. Is-sena li għaddiet biss kien hemm mal-200 każ li spiċċaw fil-Qorti minħabba li quddiem il-liġi jkunu kunsidrati li ħarbu minn Malta.

Dr Falzon jemmen li numru akbar ta’ immigranti dabbru rashom minn Malta. Hu jgħid li hemm każi ta’ immigranti jinqabdu f’pajjiż ieħor, ma intbagħtux lura Malta għax il-pajjiż fejn inqabdu iddeċieda li jżommhom minħabba li l-kundizzjonijiet tal-post li jkunu se jibgħatuhom fih ikunu ħżiena wisq.

L-istatisitka dwar l-immigrazzjoni illegali tikkonferma li hemm diskrepanza sostanzjali bejn l-immigranti li waslu Malta, dawk li għadhom Malta u dawk li intbagħtu lura pajjiżhom jew ġew rilokatti bi ftehim mal-Istati Uniti jew pajjiżi Ewropej. Din id-diskrepanza li tilħaq mijiet ta’ immigranti fuq medda ta’ għaxar snin tikkonferma li b’mod jew b’ieħor, ħafna immigranti qed jirnexxielhom jaħarbu minn Malta u jieħdu riskju ieħor f’ħajjithom.

Storja: Nigel Mifsud

The post L-immigranti jaħarbu u jispiċċaw lura Malta appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles