Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-Karnival ta’ Notting Hill f’Malta

$
0
0

Minkejja l-ftit tax-xita s-Sibt filgħodu, sa filgħaxija t-temp ippermetta għaċ-ċelebrazzjoni tal-Karnival. Fi Pjazza San Ġorġ laħaq il-qofol tiegħu l-Karnival tat-Tfal bis-sehem ta’ diversi skejjel taż-żfin u defile bil-karru tar-Re tal-Karnival . . . fl-istess waqt għamlu l-ewwel dehra tagħhom l-mistiedna speċjali għall-Karnival ta’ Malta 2014 . . . żeffiena mill-Karnival ta’ Notting Hill f’Londra.

B’kostumi ikkuluriti, il-grupp Xtreme magħmul minn Ingliżi ta’ dixxendenza minn Santa Lucia fil-Karibew, taw l-ewwel spettaklu fi Pjazza San Ġorġ. Minkejja fl-Ingilterra jiċċelebraw il-karnival bil-kbir, il-Karnival ta’ Malta għoġobhom anke jekk l-istil hu differenti.

Il-qofol taż-żjara tagħhom mistenni jintlaħaq il-Ħadd wara nofsinhar fil-Belt bl-aħħar appuntament tal-Karnival ta’ Notting Hill f’Malta hu għat-Tlieta bis-sehem fil-Gran Finale fi Triq Sant’Anna, il-Furjana.

Storja: Dorothy Falzon

The post Il-Karnival ta’ Notting Hill f’Malta appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles