Ħidma mill-pulizija f’dawn il-jiem tal-festi tal-Karnival wasslet għall-arrest ta’ 43 ruħ fuq pussess ta’ droga.
Ħames żgħażagħ ta’ bejn l-20 u l-27 sena ġew arrestati iċ-Ċirkewwa nhar il-Ġimgħa wara li nstabitilhom id-droga.
Iż-żgħażagħ huma minn Birkirkara, Ħaż-Żabbar, Ħal Għaxaq u n-Naxxar. Huma kellhom id-droga ecstasy, raza u ħaxixa tal-Cannabis.
Il-kumplament ġew arrestati Għawdex il-lejl li għadda bil-pulizija tagħmel tfittxijiet u tarresta 16 il-ruħ li kellhom l-ecstasy, kokaina u l-kannabis.
Erba’ żgħażagħ oħra ġew arrestati wara li d-droga li nstabitilhom turi li ma kientix għall-użu personali tagħhom. L-eta’ taż-żgħażagħ arrestati Għawdex tvarja bejn it-18 u t-32 sena.
The post Aġġornat 2: 43 persuna arrestata b’rabta ma’ sejbiet ta’ droga appeared first on TVM.