Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

L-eks PM Taljan Letta se jżur Malta l-ġimgħa d-dieħla – PM

$
0
0

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-eks Prim Ministru Taljan Enrico Letta aċċetta li jieħu sehem f’konferenza internazzjonali mill-Economist li se ssir bejn il-Ħamis u l-Ġimgha.

F’attività politika fil-Gżira, il-Prim Ministru Muscat iddeskriva l-laqgħa tiegħu mal-PM l-ġdid Taljan Matteo Renzi jumejn ilu, bħala waħda pożittiva.

Dwar l-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju li ġej, il-PM ħeġġeġ biex in-nies toħroġ tivvota u min jastjeni jkun qed jilgħab f’idejn il-Partit Nazzjonalista. Qal li l-għan tal-Partit Laburista f’dawn l-elezzjonijiet huwa li jżomm il-maġġoranza tal-voti.

Dwar il-kaz tas-665 file mitluf li nstabu dan l-aħħar fl-Enemalta, Dr Muscat qal li l-eks ministru Tonio Fenech ta verżjonijiet differenti wara li fil-bidu qal li ma kienx jaf bihom.

Dr Muscat qal li l-Gvern idawwar id-destin tal-korporazzjoni Enemalta u l-impjegati tagħha u llum il-quddiem qed tħares il-quddiem, b’konferma ta’ dan ikun ir-rating ta’ Standard & Poor’s fuq l-Enemalta li minn outlook negattiv issa tellgħuh għall-stabbli.

Ritratt: Partit Laburista

The post L-eks PM Taljan Letta se jżur Malta l-ġimgħa d-dieħla – PM appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles