Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil appella lill-Avukat Ġenerali biex iżomm id-dinjità, is-serjetà u l-indipendenza li hi mitluba mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u ma jagħmilx bħall-Kummissarju tal-Pulizija li qal qed ibaxxi rasu u jċedi għall-pressjoni tal-Gvern.
Waqt djalogu politiku f’Hal Balzan, Dr. Busuttil qal li fil-każ tat-tixħim u tbagħbis tal-ismart meters l-ewwel ħareġ il-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li min xaħħam se jingħata amnestija u mbagħad is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li jekk iridu l-pulizija jistgħu jmexxu. Qal li fil-qorti dil-ġimgħa spettur tal-pulizija xehed taħt gurament li l-pulizija mhijiex tieħu passi kontra nies li xaħħmu għat-tbagħbis fl-ismart meters, u dan minħabba deċizjoni politika.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem ukoll dwar il-qgħad u qal li din il-ġimgħa ġew ippubblikati żewġ rapporti li wrew li l-qgħad qiegħed jiżdied. Sostna li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ippubblika statsitika li wriet li l-qgħad tela’ għal 7,800.
Dettalji: Fiorella Pace
Ritratt: Arkivji
The post Appell lill-A.Ġ. biex ma jċedix quddiem “il-pressjoni tal-Gvern” – Simon Busittil appeared first on TVM.