Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-President bl-aħħar żjara statali tiegħu bħala Kap ta’ Stat

$
0
0

Il-President ta’ Malta George Abela beda llum b’dik li se tkun l-aħħar żjara statali tiegħu bħala Kap tal-Istat Malti.

Bejn illum u l-Ġimgħa, il-President se jkollu bosta laqgħat mal-awtoritajiet tal-pajjiż u żewġ stati oħrajn fosthom għada mal-President tal-Ġermanja, Joachim Gauck, is-Sindku ta’ Berlin, Klaus Wowereit u Prof. Norbert Lammert, President tal-Parlament Ġermaniż (Bundestag).

L-iskop taż-żjara hi li jissaħħu r-rabtiet politiċi u diplomatiċi mal-akbar pajjiż Ewropew b’popolazzjoni ta’ 81 miljun persuna. Madankollu, din iż-żjara hi maħsuba wkoll li jissaħħu r-rabtiet kummerċjali u li possibilment jinstabu opportunitajiet ta’ investiment. Fil-fatt, il-President jinsab akkumpanjat mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin, George Vella, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Investiment, Chris Cardona, rappreżentanti tal-Malta Enterprise u għaqdiet li jirrappreżentaw in-negozji Maltin, fost l-oħrajn.

L-Erbgħa se jingħaqdu mad-delegazzjoni Maltija, rappreżentanti ta’ Transport Malta u l-Malta Freeport.

Intant mal-wasla fil-kapitali tal-Ġermanja, il-President Abela żar il-mużew ta’ Pergamon, l-aktar mużew tal-arti li jżuruh viżitaturi fil-Ġermanja (1.1miljun) li fih fdalijiet storiċi bħall-altar ta’ Pergamon u monumenti li nġibu mit-Turkija waqt il-bini tal-mużew bejn l-1910 u l-1930.

 

The post Il-President bl-aħħar żjara statali tiegħu bħala Kap ta’ Stat appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles