Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Stennija kbira għat-tnedija tal-music video ‘Coming Home’

$
0
0

Il-grupp Firelight se jkun qiegħed iniedi għada fis-2.00 p.m il-video mużikali tal-kanzunetta ‘Coming Home’ li se tkun qed takkumpanja l-vjaġġ tagħhom sakemm f’Mejju li ġej jirrappreżentaw lill-pajjiżna fil-Eurovision Song Contest fil-kapitali Daniża, Copenhagen.

tvm.com.mt li jinsab informat li l-video tal-kanzunetta ‘Coming Home’ nġibed f’diversi postijiet f’pajjiżna fejn mistenni jirrakkonta storja mill-aktar emozzjonanti.

Ix-xogħol fuq dan il-video mużikali li huwa produzzjoni tal-PBS, sar taħt it-tmexxija ta’ Rodney Gauci waqt li l-koppja Duane u Angie Luas ħadmu fuq l-iskript, il-muntaġġ, id-direzzjoni u l-istorja tiegħu.  Min-naħa tiegħu s-Sur Charles Ahar kien responsabbli mill-fotografija.

F’kumment li ta lil dan is-sit, il-Kap Eżekuttiv tal-PBS, is-Sur Anton Attard wera s-sodisfazzjon tiegħu għax-xogħol li sar u qal li dan il-video se jkun għodda ewlenija ta’ promozzoni fuq l-Internet għall-kanzunetta ‘Coming Home’. Huwa ħeġġeġ lill-pubbliku b’mod partikolari lis-segwaċi ta’ din is-sit li fuqu se jkun qiegħed jitnieda dan il-video mużikali biex jagħmlu ‘share’ tiegħu kemm jista’ jkun fuq is-siti soċjali.

The post Stennija kbira għat-tnedija tal-music video ‘Coming Home’ appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles