Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Akkużat wara ġlieda f’parkeġġ f’Paceville

$
0
0

Raġel li allegatament intervjena fi ġlieda f’parkeġġ f’Paceville kmieni l-Ħadd filgħodu kien akkużat illum fil-Qorti li kkawża ġrieħi serji fuq wieħed mill-irġiel involuti u li weġġa’ ħafif ieħor.

Cedric Attard ta’ 25 sena mill-Ħamrun kien akkużat li weġġa’ serjament lil Alfred Bartolo u lil Luke Bartolo b’mod ħafif.

Huwa ma ammettix l-akkużi li nġiebu kontrih u ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000.

L-argument f’parkeġġ privat ta’ lukanda ]alla lil Alfred Bartolo ta’ 51 sena min-Naxxar għal xi ħin jissielet għal ħajtu fit-taqsima tal-Kura Intensiva ta’ Mater Dei. tvm.com.mt huwa infurmat li l-argument inqala’ bejn żewġ sewwieqa u żewġ uffiċjali tas-sigurtà tal-istess lukanda.

The post Akkużat wara ġlieda f’parkeġġ f’Paceville appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles