Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

38 perit ġdid jistgħu jipprattikaw

$
0
0

Il-Minsitru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi ppreżenta l-warrant lil 38 perit ħdid biex issa jistgħu jibdew jipprattikaw din il-professjoni.

F’ċerimonja li saret fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom, il-Ministru Joe Mizzi tkellem dwar il-proġetti ambizzjużi li l-Gvern għandu għall-ħames snin li ġejjin u għalhekk, il-ħtieġa li dawn il-periti jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom.

Waqt li faħħar il-kapaċitajiet tal-periti Maltin, il-Ministru qal li l-periti ġodda llum qegħdin jaraw il-frott tas-sagrifiċċji li għamlu matul l-istudji tagħhom u qal li t-triq quddiemhom hija waħda twila li tkompli tibni fuq dawn is-suċċessi.

Huwa awgura lill-periti l-ġodda u appellalhom biex jaħdmu bil-għaqal. Temm jgħid li x-xogħol huwa pilastru importanti fil-ħajja tagħna u jekk ikun hemm impenn u dedikazzjoni, dawn iħallu l-frott kemm għas-sodisfazzjon personali u kemm biex inkomplu nsebbħu lil pajjiżna b’iżjed proġetti sbieħ.

The post 38 perit ġdid jistgħu jipprattikaw appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles