Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Għajnuna għal gym barra f’kull belt u raħal

$
0
0

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Isport se jgħin finanzjarjament il-Kunsilli Lokali kollha jinvestu f’tagħmir għal gyms pubbliċi biex jiżdied l-għarfien dwar l-importanza tal-eżerċizzju u l-isport.

Is-Segretarju Parlamenetari Stefan Bountempo qal li l-mira hi li tul din il-leġiżlatura, kull lokalità f’Malta u Għawdex ikollha ‘outdoor gym’. S’issa hawn ħames lokalitajiet li ħolqu spazju għal gym pubbliku, fosthom is-Swieqi li l-apparat ġie installat fl-aħħar ftit ġimgħat.

In-Nutar Bountempo qal li l-kunsilli huma mħeġġa jidentifikaw biċċa art, jattrezzwha u l-Gvern ċentrali jħallas għall-apparat.

Madwar sitt makni bħalma hemm fis-Swieqi jiswew €8000.

Is-Sur Bountempo qal li b’din il-politika, il-Gvern qiegħed ikompli jagħmilha faċli biex iktar nies jgħixu aħjar permezz ta’ aktar sport u eżerċizzju.

The post Għajnuna għal gym barra f’kull belt u raħal appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles