Illum tibda r-rebbiegħa, staġun mistenni minn ħafna.
Il-ġranet nibdew narawhom jitwalu għalkemm fil-verità bħallum, il-ġurnata u l-lejl ikunu l-istess. Minn issa ‘l quddiem, il-ġranet ikomplu jitwalu u l-iljieli jiqsaru sakemm fil-bidu tal-istaġun tas-sajf, fil-21 ta’ Ġunju, ngawdu l-itwal ġurnata tas-sena.
Fir-rebbiegħa tibda wkoll togħla t-temperatura u ħafna jibdew jaħtfu l-opportunità biex mal-ewwel ċans joħorġu ‘l barra jgawdu l-kampanja, il-flora u l-fauna Maltija li f’dawn iż-żminijiet tkun fl-aqwa tagħha.
Il-maġġoranza tal-aħbarijiet, ikunu ħżiena iżda mhux biss u għaldaqstant, nistednukom biex tibgħatulna ritratti jew filmati fuq news@pbs.com.mt biex nippublikawhom fuq is-sit tvm.com.mt kif ukoll fuq il-facebook page tagħna, Television Malta
The post Saħħa lix-xitwa u merħba lir-rebbiegħa appeared first on TVM.