L-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħabbret li t-Tnejn li ġej se jinstemgħu ż-żewġ applikazzjonjiet li ssottomettiet l-Enemalta b’rabta mal-bini ta’ impjant ġdid bil-gass u ta’ faċilitajiet oħrajn relatati ma’ dan il-proġett.
Il-laqgħa li se tkun qiegħda ssir it-Tnejn fl-10.00 a.m. f’sala fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi mistennija tiddetermina l-applikazzjoni għall-powerstation tal-gass, il-ħażna ta’ Liquified Natural Gas u faċilitajiet ta’ re-gassification u l-bini ta’ jetty u faċilitajiet anċillari f’Marsaxlokk.
The post Is-smigħ tal-proġett tal-impjant tal-gass għat-Tnejn li ġej appeared first on TVM.