Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-Papa ma jeskludix li jżur Malta

$
0
0

Il-Papa Franġisku m’eskludiex li jista’ jżur Malta fiż-żmien li ġej. Il-President George Abela qal lil tvm.com.mt li meta jumejn ilu wassal lill-Papa din l-istedina, ir-reazzjoni spontanja tal-Papa kienet li Malta mhix daqstant bogħod mill-Vatikan.

Dr Abela tkellem dwar l-aħħar żewġ impenji internazzjonali tiegħu meta dalgħodu għamel żjara uffiċċjali fil-Belt, bil-kapitali temmet sensiela ta’ żjarat fil-lokalitajiet li saru tul din il-Presidenza. Iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tat-tielet Ħadd tar-Randan fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann tat bidu għaż-żjara uffiċċjali li l-President ta’ Malta, George Abela, għamel fil-Belt.

Wara mixja tul Triq Żakkarija, fi Pjazza de Vallette l-President żamm mad-drawwa li jiltaqa’ wiċċ imb’wiċċ u jkellem lin-nies, f’dan il-każ lir-residenti tal-Belt u segwa sessjoni ta’ taħriġ għat-tfal li jattendu n-nursery tal-futbol ta’ Valletta, il-Valletta Rugby u players tas-sabateo.

Fl-aħħar ħames snin, il-President żar l-iskejjel kollha tal-gvern, tal-Knisja u l-privati u attenda għal attivitajiet prattikament f’kull lokalità.

President Valletta President Vlt 1 President Vlt 2

The post Il-Papa ma jeskludix li jżur Malta appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles