Mijiet iżuru l-fiera tal-impjiegi u t-taħriġ
Mijiet ta’ ħaddiema, studenti u persuni li qed ifittxu x-xogħol f’dawn il-jiem żaru l-Fiera tal-Impjiegi u t-Taħriġ, organizzata mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. Diversi kumpaniji lokali...
View ArticleAċċident tat-traffiku joħloq konġestjoni f’Ħal Għaxaq
Aċċident tat-traffiku li seħħ ftit tal-ħin ilu f’Dawret Ħal Għaxaq, f’Ħal Għaxaq waħħal it-traffiku kollu li hemm f’dawn l-inħawi. Sewwieqa li tkellem ma tvm.com.mt qalu li ilhom ħin pjuttost twil...
View ArticleJaqbeż u jogħla x’ħin sar jaf li rebaħ waħdu l-miljun f’San Gużepp
“Il-festa ta’ San Ġużepp kienet ikkaraterizza minn jum sabiħ li mela l-bwiet tiegħi kollha flus. X’irrid iktar?!” Dawn kienu l-ewwel kummenti li ta l-persuna rebbieħa tal-lotterija s-Super 5 li...
View ArticleĊelebrazzjoni tad-diversità
Grupp ta’ studenti tal-iskola primarja tal-Mosta fakkru it-tema tad-Diversità b’għadd ta’ attivitajiet maħsubin li jkattru kuxjenza dwar ir-realtà tal-multi-kulturaliżmu. Qawsalla ta’ uċuh differenti...
View ArticleĠuvni ta’ 13-il sena jaqa’ sular f’Ħaż-Żabbar
Ġuvni ta’ 13-ilsena ddaħħal l-isptar wara li waqa’ minn għoli ta’ sular f’residenza fi Triq Alessio Erardi f’Ħaż-Żabbar illum għall-ħabta tal-10.00 a.m. Il-Pulizija qalet li l-kundizzjoni tat-tifel...
View ArticleIl-Papa ma jeskludix li jżur Malta
Il-Papa Franġisku m’eskludiex li jista’ jżur Malta fiż-żmien li ġej. Il-President George Abela qal lil tvm.com.mt li meta jumejn ilu wassal lill-Papa din l-istedina, ir-reazzjoni spontanja tal-Papa...
View ArticleIl-Fondazzjoni Gaia titlob investigazzjoni dwar il-linji fis-sema
Il-Fondazzjoni Gaia qed titlob formalment lill-awtoritajiet tat-trasport u tal-ambjent, biex jinvestigaw dwar il-linji li dehru fis-sema fl-aħħar jiem biex jistħarġu jekk kumpaniji tal-ajruplani humiex...
View Article“Żewġ terzi tal-klieb jitraqqdu minħabba problemi fl-imġieba”
Il-Fondazzjoni tal-Klieb, Dog’s Trust, qalet li żewġ terzi tal-klieb li jitraqqdu jsirilhom dan minħabba li jkollhom problemi fl-imġieba. Għalhekk li l-Fondazzjoni qed tagħti taħriġ speċifiku...
View ArticleIs-soru li mpressjonat lid-dinja bil-vuċi tagħha
Is-soru Cristina Scuccia ta’ 25 sena iċċassat lil kulħadd, b’mod partikolari lill-ġurija meta nhar l-Erbgħa kantat il-kanzunetta ‘No One’ ta’ Alicia Keys fil-programm The Voice of Italy li jixxandar...
View Article“Aħna niġu b’aħbarijiet tajba”– PL
F’Birżebbuġa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fil-31 ta’ Marzu, Malta se jkollha ħelsien ieħor, ħelsien mill-kontijiet għolja u mit-trabijiet fl-arja u mill-miljun tunnellata ta’ gassijiet li...
View Article“Ivvutaw għan-nies mhux għall-Gvern”– PN
F’Marsaxlokk, l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil appella lil membri tal-bord tal-MEPA biex jivvuttaw skont il-kuxjenza man-nies u mhux skont dak li jrid il-Gvern. Dr...
View ArticleProġett ta’ tisbiħ f’Ħal Millieri
Ħal Millieri . . . żona qalb l-għelieqi fiż-Żurrieq magħrufa l-iżjed għall-kappelli medjavali reġa’ ħa r-ruħ wara xogħlijiet ta’ tisbiħ. Iż-żewġ kappelli antiki issa huma mogħnija b’pavimentar u...
View ArticleIn-NATO twissi dwar iż-żieda fit-truppi Russi fuq il-fruntiera tal-Ukrajna
Il-kmandant militari tal-Alleanza tat-Tramuntana, in-NATO, fl-Ewropa ħareġ twissija dwar il-preżenza dejjem tikber ta’ truppi Russi fuq il-fruntiera tal-Ukrajna. Hu qal li jinsab imħasseb dwar...
View ArticleIt-Turkija twaqqa’ ajruplan militari Sirjan
Il-Prim Ministru tat-Turkija, Recep Tayyip Erdogan qal li l-forzi armati Torok sparaw u waqqgħu ajruplan militari Sirjan li daħal fl-ispazju tal-ajru ta’ pajjiżu. Saħaq li azzjoni bħal din mis-Sirja...
View ArticleAġġornat 4: Jispiċċa 24 metru ‘l bogħod minn fejn ittajjar
Ġuvni ta’ 19-il sena mis-Somalja jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra ġrieħi serji għall-ħabta tas-2.30 p.m wara li ttajjar minn vann tat-tip Fiat Fiorino hekk kif kien qiegħed jaqsam Triq Aldo...
View ArticleKonferma: L-ajruplan Malasjan iġġarraf fl-Oċean
Wara tliet ġimgħat mill-għajbien tal-Ajruplan Malażjan, il-Prim Ministru Malażjan ħabbar li skont informazzjoni ġdida jista’ jingħad li l-ajruplan ġġarraf fil-baħar fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan....
View ArticleIvvandalizzat il-kumpless tal-Inspire f’Marsascala
Persuni mhux magħrufa lbieraħ daħlu fil-kumpless Inspire f’Wied il-Għajn li joffri għadd ta’ servizzi lill-persuni b’diżabilità u wettqu vandaliżmu f’diversi postijiet. Fuq il-paġna tagħhom ta’...
View ArticleCory Greenland se jirriżenja mill-GWU
Is-Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-GWU Cory Greenland se jkun qed itemm il-ħidma trejdunjonistika tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin meta se jibda jiffoka fuq il-professjoni...
View ArticleIl-Gvern iniedi “Digital Malta”
Il-gvern nieda “Digital Malta – l-Istrateġija Diġitali Nazzjonali” għas-seba’ snin li ġejjin. Fost il-miri ewlenin tal-istrateġija hemm li terz tal-kumpaniji Maltin jibdew joffru l-prodotti tagħhom fuq...
View ArticleWi-fi b’xejn lill-100,000 klijent tal-Melita
Il-kumpanija Melita ħabbret li fil-ħames snin illi ġejjin se tkun qed tinvesti €60 miljun biex issaħħaħ is-servizzi tagħha fil-qasam tal-komunikazzjoni. Fis-snin 90 il-Melita kienet l-ewwel kumpanija...
View Article