Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Ivvandalizzat il-kumpless tal-Inspire f’Marsascala

$
0
0

Persuni mhux magħrufa lbieraħ daħlu fil-kumpless Inspire f’Wied il-Għajn li joffri għadd ta’ servizzi lill-persuni b’diżabilità u wettqu vandaliżmu f’diversi postijiet.

Fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook, Insipre Malta qalu li kien qed jiddispjaċihom li jwasslu din l-aħbar. Qalu li rari jitfgħu aħbarijiet ħżiena fuq il-profill tagħhom iżda din id-darba kienu qed jagħmlu dan għax għandhom bżonn l-għajnuna tagħhom.

Qalu li lbieraħ filgħaxija l-kumpless tagħhom f’Wied il-Għajn li jintuża għat-terapija għall-persuni b’diżabilita, kif ukoll għall-ġbir ta’ fondi, ġie vvandalizzat wara li persuni mhux magħrufa daħlu fil-post u ferrxu ż-żebgħa f’diversi postijiet.  Qalu li ħadd mill-annimali ma sofra xi ġrieħi iżda għandhom bżonn l-għajnuna tal-pubbliku biex jirranġaw il-ħsara li saret u biex iżiedu l-miżuri tas-sigurtà.

10155246_669927233053204_136093675_n 1972509_669927223053205_363816472_n 10154499_669927209719873_501536091_n 1900177_669927196386541_613994682_n 1922178_669927176386543_381642897_n 1939570_669927306386530_1666374616_n 1972506_669927286386532_1874415003_n 1903982_669927193053208_878121289_n

The post Ivvandalizzat il-kumpless tal-Inspire f’Marsascala appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles