Joseph Bugeja ta’ 47 sena mill-Imġarr ġie mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ wieħed mill-ġirien tiegħu Martin Chetcuti.
Il-każ seħħ ilbieraħ meta Buġeja darab ħafif lil Chetcuti meta allegatament saq bil-karozza fuqu wara argument fuq ħajt tas-sejjieħ.
Fil-Qorti intqal li l-inċident seħħ wara li l-imputat waqqa’ ħajt li jifred l-għalqa tiegħu minn dik tal-vittma.
Il-Qorti semgħet li Chetcuti beda jieħu xi ritratti biex iżommhom evidenza għal rapport li sar lill-pulizija u minħabba f’hekk Bugeja saq għal fuqu.
Intqal li ż-żewġt irġiel mhux l-ewwel darba li tlewwmu bejniethom.
Bugeja ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €5,000.
The post Akkużat li saq għal fuqu appeared first on TVM.