Il-Qorti dalghodu fethet b’urgenza fejn ragel ta’ 42 sena dalgħodu ġie mixli li kkaġuna ferita gravi fuq raġel ieħor.
Etienne-Carmel Farrugia tressaq quddiem il-Qorti mill-Ispettur Sandra Zammit u ġie mixli li kkaġuna l-ferita fuq Wallace Galea. Ġie mixli wkoll li hedded lil Galea u kiser il-paċi pubblika.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, li wieġeb li mhux ħati.
The post Mixli li weġġa’ gravi raġel ieħor appeared first on TVM.