Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Mixegħla rekord b’effetti pirotekniċi strobe f’Ħal Balzan

$
0
0

Min jikser rekord mod u min mod ieħor. L-isfidi huma bosta u varjati. Bħal dik f’Ħal Balzan ilbieraħ filgħaxija fejn fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ Marija Annunzjata, il-każin tal-banda San Gabriel u l-Għaqda Piroteknika tal-istess lokalità xegħlu l-faċċata tal-każin tal-banda b’mod uniku.

Il-każin tal-banda San Gabriel jinsab eżatt maġenb il-Knisja parrokkjali. L-attentat tal-każin tal-banda u l-għaqda piroteknika 25 ta’ Marzu kien biex issir l-ikbar mixegħla tal-faċċata tal-każin b’effetti pirotekniċi strobe.

B’kollox intramaw 1,200 strobe li ħolqu effett mill-isbaħ li gawdewh dawk kollha li s-Sibt filgħaxija nġabru fil-pjazza ta’ Ħal Balzan. Din il-mixgħela kisret ir-rekord tal-effetti pirotekniċi u ta’ dwal strobe.

L-għaqda li vverifikat dan ir-rekord kienet The Malta Records, li kkonfermat rekord nazzjonali ieħor ġdid din id-darba fil-qasam tal-logħob tan-nar.

Matul iż-żmien it-tradizzjoni tal-manifattura tal-logħob tan-nar kienet waħda kbira f’Ħal Balzan b’attrazzjoni bħal din tkompli tagħti ħajja lis-sengħa piroteknika li nafuha l-iktar fl-aqwa tagħha fil-jiem tas-sajf meta l-ilwien tal-logħob tan-nar, jiġbed ħafna nies u turisti jsegwu l-wirjiet imdawlin fil-festi tal-ibliet u l-irħula tagħna.

Il-wirja mal-faċċta tal-każin kienet iddedikata lill-Balzanin kollha li ħadmu u paxxew lid-dilettanti Maltin bl-ilwien li kienu jimmanifatturaw fil-kamra tan-nar San Gabriel.

The post Mixegħla rekord b’effetti pirotekniċi strobe f’Ħal Balzan appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles