Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Federica tagħmilha għal ħames darba!

$
0
0

Il-kantanta Maltija Federica Falzon irnexxielha flimkien ma’ Vincenzo Carni tirbaħ għall-ħames darba il-programm Ti Lascio Una Canzone li jittella’ kull nhar ta’ Sibt fuq Rai Uno, l-istazzjon ewlieni Taljan. Din id-darba ż-żewġ kantanti liriċi taw interpretazzjoni mill-aqwa tal-kazunetta tal-Pooh ‘Noi due nel mondo e’ nell’anima’.

Aktar qabel  il-kantanta Maltija Federica rajniha fuq il-palk mal-kantant ta’ fama internazzjonali Al Bano fejn hawnhekk ukoll ingħataw standing ovation mill-udjenza fis-sala.

Al Bano kien wieħed miż-żewġ mistednin tas-simpatika Antonella Clerici, il-preżentattriċi ta’ dan il-programm segwit kull nhar ta’ Sibt minn miljuni kbar ta’ telespettaturi, fosthom Maltin.

Al_Bano.previewFit-taqtiegħa li teżisti bejn l-istazzjonijiet privati u r-Rai biex jinkisbu l-akbar udjenzi fis-serata tas-Sibt filgħaxija, il-preżentattriċi rnexxielha tistieden wieħed mill-aktar kantanti li għandu miljuni ta’ ammiraturi  minn madwar id-dinija.

Madankollu huwa ried joqgħod ukoll għar-regoli tar-Rai u għaldaqstant apparti li kanta waħdu kellu wkoll dwett ma’ Federica u Vincenza Carni.

Ma kinitx sorpiża għalhekk illejla li Al Bano li għandu għall-qalbu l-mużika lirika, ikanta mal-Maltija Federica u ma’ Vincenzo li f’din is-sensiela wrew il-kapaċitajiet kbar li għandhom fil-qasam liriku.

 

The post Federica tagħmilha għal ħames darba! appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles