Bulgaru ta’ 31 sena li jgħix fi Spanja llum wara nofsinhar ammetta fil-Qorti li li assoċċja ruħu ma’ persuni oħra biex ibiegħ u jittraffika d-droga kokaina.
Ir-raġel ġie arrestat kmieni lbieraħ filgħodu mal-wasla tiegħu f’Malta fuq titjira tar-RyanAir minn Ġirona, fi Spanja.
Minn tfittxija li saret fuqu nstab li fl-intern tiegħu kellu mal-ħames kapsoli bid-droga. Huwa tressaq il-Qorti llejla għall-ħabta tas-6.00 p.m. Waqt li wieħeb li huwa ħati, is-sentenza mistennija tingħata fil-jiem illu ġejjin.
The post Ammetta li ttraffika droga fl-intern tiegħu appeared first on TVM.