Il-preżentattriċi televiżiva Peaches Geldolf, li hija t-tieni bint tal-mużiċista Iralandiż Bob Geldolf u Paula Yates, mietet fl-età ta’ 25 sena. Hija ħalliet warajha lil żewġha u liż-żewġ uliedha.
“Għadna ma nistgħux nemmnu,” qal missierha li kkonferma l-mewt ta’ Peaches waqt li ddeskriviha bħala persuna intelliġenti u simpatika.
“Hija t-tifla mill-isbaħ. Ma nafx kif nistgħu ngħaddu mingħajrha”, kompla jgħid missierha.
Fil-preżent il-Pulizija qegħdin jinvestigaw il-mewt tagħha fejn għadhom ma taw ebda spjegazzjoni għal din il-mewt li ġrat għal għarrieda.
Peaches twieldet fl-1989 u bdiet il-karriera tagħha fix-xandir fl-età ta’ 15-il sena.
Hija telqet id-dar fl-età ta’ 16-ilsena u marret tikkontribwixxi għat-Telegraph u l-Guardian, kif ukoll programmi televiżivi.
Hija kienet miżżewġa lill-mużiċist Thomas Cohen li miegħu kellha żewġt itfal, Astala u Phaedra li se jagħlaq sena fl-24 ta’ April.
Hija tilfet lil ommha meta kellha biss 11-il sena. Hija mietet minħabba overdose ta’ droga f’Settembru tas-sena 2000.
The post Tmut it-tifla ta’ Bob Geldof fl-età ta’ 25 sena appeared first on TVM.