Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Il-patata Maltija… issa wkoll għand l-Iżvediżi

$
0
0

 

 

Ħadd m’għandu dubju dwar kemm hi bnina l-patata Maltija, l-aktar għat-tjubija tagħha meta tinqela biex issir chips. Issa wara snin li l-patata tagħna wassalniha f’tunellati kbar sal-Olanda se nidbew ukoll nieħduha għand l-Iżvedivi.

Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Roderick Galdes fejn qal li dan l-aħħar iltaqa’ ma’ kumpaniji tal-importazzjoni tal-patata fejn ġiet diskussa l-bidu ta’ esportazzjoni tal-patata lejn suq ġdid fl-Iżvezja.

Galdes qal li din hija kisba importanti fis-settur tal-patata fejn matul din is-sena se jibdew jiġu esportati bejn 25,000 u 50,000 kilo.

Huwa żied jgħid li wara taħdidiet li saru mas-settur tal-biedja, kumpanija Żvediża ddeċidiet li tibda timporta minn pajjiżna dan il-prodott ġenwin Malti bil-potenzjal li s-sena d-dieħla jiżdied.

Is-Segretarjat qal li din l-aħbar hija waħda ferm pożittiva għas-settur u se tkun ta’ solljev ekonomiku kif ukoll mezz ta’ diversifikazzjoni tas-suq waqt li ttama li din ma tkunx biss opportunità ta’ darba iżda waħda annwali.

Konvinti li b’dan l-iżvilupp se jkun kuntent l-aktar il-bidwi żagħżugħ Malti li fl-aħħar xhur kiseb popolarità kbira dwar l-imħabba li għandu lejn il-patata Maltija. Mhux ta’ b’xejn kien iddikjara li l-patata tagħna hija l-aqwa fid-dinja!

 

The post Il-patata Maltija… issa wkoll għand l-Iżvediżi appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles