Il-Qorti tal-Unjoni Ewropea iddikjarat bħala invalida liġi tal-Unjoni Ewropea li tawtorizza kumpaniji tat-telekommunikazzjoni biex iżommu informazzjoni sensittiva għal sentejn. L-informazzjoni tinkludi l-identità tal-persuna; iż-żmien; il-post u l-frekwenza tal-kommunikazzjoni.
Id-direttiva dwar iż-żamma leġittima tal-informazzjoni privata ta’ konsumaturi kienet adottata fl-2006.
Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddikjarat li d-direttiva tikser żewġ drittijiet bażici li huma r-rispett lejn il-ħajja privata u l-ħarsien ta’ informazzjoni personali.
Is-sentenza inghatat wara ilmenti li tressqu minn qrati Awstrijaci u Irlandizi/
L-Imħallfin qalu li l-ispirtu tad-direttiva hu ġustifikat fil-ġlieda kontra il-kriminalità u għall-ħarsien tas-sigurtà pubblika.
Huma madankollu ikkonkludew li l-użu tagħha hu sproporzjonat u l-użu tal-informazzjoni mingħajr l-għarfien tal-individwu jiġġenera tħassib li l-ħajja privata tagħhom qed tkun taħt sorveljanza kontinwa.
The post Liġi Ewropea dikjarata invalida appeared first on TVM.