Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Niżvelaw l-ismijiet tal-kumpaniji li jridu jidħlu flok l-Arriva

$
0
0

Il-Ministeru tat-Trasport qal li huwa fiduċjuż li l-miri tal-Gvern għas-servizz tat-trasport pubbliku effiċjenti, soċjali u ekonomiku se jintlaħqu mit-tliet konsorzja li wieġbu għas-sejħa ta’ interess biex joperaw it-trasport pubbliku, fosthom kumpanija Spanjola u operaturi lokali fil-qasam tat-trasport.

tvm.com.mt huwa infurmat li fil-jiem li ġejjin se jinfetħu l-offerti tat-tliet konsorzja li qed jikkompettu biex joperaw is-servizz tat-trasport pubbliku.

Il-kumitat ta’ evalwazzjoni se jiltaqa’ din il-ġimgħa biex jibda l-proċess ta’ evalwazzjoni tal-offerti li saru mit-tliet konsorzja, fosthom l-Gozo First Travel, l-Island Buses Malta u l-kumpanija Spanjola tat-trasport AUTOBUSES de Leon.

Sorsi qrib Trasport Malta ma setgħux jikkonfermaw li tnejn mill-kumpaniji li għamlu l-offerta, l-Island Buses Malta u l-Gozo First Travel humiex esklussivament minn operaturi Maltin jew jekk magħhom hemmx imsieħba kumpaniji barranin. Qalu li dan ikun magħruf meta l-kumitat tal-evalwazzjoni jiftaħ l-offerti u jagħmel verifika tad-dokumenti kollha tat-tliet kumpaniji biex jagħti deċiżjoni dwar liema minnhom tikkwalifika biex topera s-servizz.

Għalkemm s’issa m’hemmx data ta’ meta tkun konkluża din l-evalwazzjoni, il-Ministeru tat-Trasport qal li jrid li dan il-proċess isir fl-iqsar żmien possibbli iżda fl-istess ħin irid isir bl-aktar trasparenza.

Intant kelliema għal Ministeru tat-trasport qalet lil tvm.com.mt li l-Gvern se jiffranka madwar €1,600,000 bid-deċiżjoni tiegħu li jikri madwar 45 karozza tal-linja biex tingħaqad mal-flotta ta’ bħalissa fil-perjodu tas-sajf meta t-trasport pubbliku jkollu żieda qawwija fil-passiġġieri fl-eqqel tal-istaġun turistiku.

Skont ic-cifri tal-kumpanija li minn Jannar bdiet tmexxi t-trasport pubbliku flok l-Arriva, fl-ewwel xaghrejn tal-operat tagħha irnexxielha żżid il-passiġġieri bi kważi 335,000 meta imqabbel mal-ewwel xaghrejn tas-sena l-oħra. Għalkemm il-kumpanija kompliet topera b’telf qawwi, qalet li naqset it-telf b’€200,000 li ġew iffrankati mill-operat tal-kumpanija.

The post Niżvelaw l-ismijiet tal-kumpaniji li jridu jidħlu flok l-Arriva appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles