Arnold Farrugia ta’ 44 li joqgħod Ħaż-Żebbuġ intbagħat 22 sena ħabs wara li nstab ħati li fl-2005 importa aktar minn 6 kili droga kokaina f’kontejner. Huwa instab ħati bi tmien voti favur u wieħed kontra fi tmiem ġuri li nstema’ quddiem l-imħallef Lawrence Quintano.
Farrugia huwa sid ta’ trailer li jimporta prodotti tal-friża. Huwa ġie akkużat b’pussess, assoċjazzjoni u traffikar ta’ droga.
Il-pulizija qalet li d-droga kienet 85.8 fil-mija pura u l-valur tagħha fit-triq kien ta’ bejn €434,700 u €639,630. Id-droga kienet instabet f’sitt blokkok u pakkett żgħir abbord il-vapur Maltese Falcon.
The post 22 sena ħabs wara li nstab ħati li importa sitt kilogrammi droga appeared first on TVM.