Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

L-AD ma taqbilx l-MEPA tinqasam fi tnejn

$
0
0

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola u Carmel Cacopardo qalu li Alternattiva ma taqbilx li l-MEPA ghandha tinqasam fi tnejn.

Il-kelliema qalu li l-ambjent se jmur lura u l-Gvern irid ibiddel ir-regoli biex jaġevola lill-iżviluppaturi.

Alternattiva qalet li f’isem l-effiċjenza, se jkun possibbli jkun regolarizzat żvilupp irregolari. Qalet li dan hu pass lura u se jippremja lil min abbuża.

Il-kelliema kkritikaw il-proposta biex bini skedat jerga’ jkun kunsidrat jekk jibqax skedat wara 10 snin.

Il-kelliema qal li f’ħafna każi t-tħaffif u l-għaġġla tal-proċess tal-ħruġ tal-permessi  se fisser inqas ħarsien  għad-drittijiet ta’ terzi u għall-ħarsien tal-ispazji pubbliċi, ta’ bini skedat u żoni protetti.

Alternattiva sejħet biex il-partiti politiċi ma jkunux rappreżentati fil-bord tal-MEPA.  Qalet ukoll li hemm bżonn li l-Parlament jibda jagħmel skrutinju tal-bordijiet li jiddeċiedu l-applikazzjonijiet tal-ippjanar u l-ambjent.

The post L-AD ma taqbilx l-MEPA tinqasam fi tnejn appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles