F’xahrejn u nofs biss l-artist Indri Attard irnexxielu mill-kartapesta u l-injam jagħmel vara li tirrappreżenta lill-Kristu redentur.
L-artist ma ntrabatx ma’ statwi oħra li diġà jeżistu iżda ħoloq redentur realistiku u jmiss il-qalb ta’ dawk li jkunu qed iħarsu lejh. L-istatwa hija mfassla b’mod li Kristu jidher qed ibati iżda qiegħed ukoll jagħmel sforz biex jerġa’ jqum.
L-artisti jgħid li meta kien qed jagħmel din l-istatwa ruħu kienet il-ħin kollu attiva u bħal donnha mexxitu biex kiseb riżultat aktar profond minn dak estetiku biss.
Indri Attard sa minn kmieni ħafna f’ħajtu skopra l-imħabba li għandu għall-iskultura u anke studja l-anatomija minħabba li dejjem kellu passjoni għal dak li huwa figurattiv.
L-artist għadda din il-vara lill-Parroċċa ta’ San Wistin fil-Belt biex f’Ras ir-Randan mis-sena d-dieħla se tinħareġ f’purċissjoni mat-toroq ta’ din il-parroċċa.
Il-Kappillan Patri Deo Debono qal li fil-paroċċa diġà hemm ċertu devozzjoni għal din l-istatwa.
L-Istatwa se titgawda minn kulħadd matul is-sena kollha minħabba li se titpoġġa fil-Mużew li l-Patrijiet Agostinjani se jagħmlu fil-Kunvent tagħhom fil-Belt.
The post Redentur b’differenza jqajjem devozzjoni fil-Belt appeared first on TVM.