Il-Minsitru tal-Finanzi Edward Scicluna ddikjara fil-Parlament li l-Gvern ma kellu l-ebda intenzjoni li jżid il-VAT għax kif inhi qed tikkontribwixxi għal żieda fid-dħul tal-Gvern minħabba konsum akbar.
Il-Minsitru Scicluna kien qed jitkellem fil-Parlament fuq l-abbozz ta’ liġi li jdaħħal fis-seħħ il-miżuri tal-baġit
Huwa qal li l-Gvern se jintaxxa kull kwalità ta’ siment importat f’Malta għax kien hemm importaturi li kienu qed jevadu t-taxxa b’importazzjoni ta’ siment li ma kellux l-istess isem ta’ dak indikat fil-liġi.
Qal li l-Gvern kien determinat li jiġġieled kull metodu ta’ evażjoni tat-taxxa anki jekk ma kienx hemm ksur ta’ liġi . Għal dan il-għan kien se jressaq emendi oħra. Huwa żied jgħid li rtira emendi simili dwar is-sisa tas-sigaretti minħabba li kienet aktar ikkumplikata iżda kien se jindirizza din il-kwistjoni fil-baġit tas-sena d-dieħla.
Il-kelliem tal-Oppożizzjoni Tonio Fenech sostna li l-importaturi tas-siment ma kinux qed jiksru l-ebda liġi u akkuża lill-Minsitru li ma kienx ippreparat kif suppost meta ppreżenta l-baġit għax kien qed jintroduċi taxxi ġodda erba’ xhur wara li l-baġit kien approvat.
The post Se jiġi intaxxat kull kwalità ta’ siment appeared first on TVM.