Mara li darbet serjament u tilfet lil bintha fit-traġedja tas-Save On Supermarket f’Lulju tal-1990 ingħatat €5,000 f’kumpens għal danni morali mill-Qorti li stabbiliet li 20 sena biex jiġi deċiż il-każ jikser id-dirttijiet fundamentali tal-bniedem.
Il-kawża kostituzzjonali kienet infetħet minn Iris Cassar u żewġha Michael kontra l-Avukat Ġenerali.
Huma kienu fetħu kawża għad-danni kontra s-sid tas-supermarket f’Settembru 1992 u d-deċiżjoni tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kienet ingħatat f’Marżu 2011, kważi 20 sena wara.
Appell mis-sentenza tal-Qorti nqata’ s-sena ta’ wara.
Is-Sinjuri Cassar qalu li ma kien hemm ebda raġuni għad-dewmien għax it-talba tagħhom ma kienet tippreżenta ebda diffikultajiet straordinarji.
L-Imħallef Anna Felice qalet li l-kawża tas-Sinjuri Cassar spiċċat vittma ta’ sistema kumplikata ta’ amministrazzjoni tal-ġustizzja bid-dewmien li kien hemm mhux ġustifikat.
The post Eku tat-traġedja tas-Save On appeared first on TVM.