Il-Partit Nazzjonalista qal li bir-riforma propsota fi-MEPA, l-Ambjent mhux se jibqa’ jingħata l-attenzjoni li tixraqlu fid-deċizjonijiet tal-Ippjanar tal-Izvilupp.
Il-Partit Nazzjnalista rreaġixxa għall-bidliet proposti fil-liġi u r-regoli tal-ambjent u l-ippjanar u appella l-Gvern biex isib bilanċ bejn it-tnejn.
Il-Kelliema tal-partit Nazzjonalista għall-Ambjent u Ippjanar, Charlo Bonnici u Ryan Callus qalu l-Oppożizzjoni mhux se toġġezzjoni li l-MEPA tinqasam fi tnejn iżda sejħu biex ir-regoli proposti jwasslu għal iktar bilanċ bejn l-ambjent u l-ippjanar.
Is-Sur Bonnici qal li d-dokument bil-proposti tar-riforma huwa nieqes mid-dettall, partikolarment dwar l-infurzar. Qal li l-ambjent se jkun irrelegat għax il-policies tal-ippjanar se jitfasslu mingħajr l-opinjoni ambjentali.
Charlot Bonnici, il-Kelliem tal-PN għall-Ambjent qal li l-awtorità l-ġdida għandha tkun irrappreżentata fil-kunsill eżekuttiv tal-awtorità tal-ippjanar għax hemm se jitfasslu l-policies l-iktar important.
Min-naħa tiegħu l-kelliem Nazzjonalista għall-Ippjanar Ryan Callus qal li l-PN ma jaqbilx ma’ diversi regoli li se jinbidlu. L-Inginier Callus qal li jaqblu li jkun hemm proċedura fast track għal ċerti applikazzjonjiet iżda qal li dan m’għandux jiddeċidihom biss il-case officer u jiffirmhom iċ-chairman. Qal li l-PN ma jaqbilx li l-Ministru jkollu s-setgħa jagħmel policies biex bini illegali jiġi sanzjonat waqt li ssuġġerixxa wkoll li t-tribunal tal-appell ikun iktar trasparanti.
The post Bil-filmat: L-ambjent m’għandux ikun kunsiderazzjoni sekondarja appeared first on TVM.