Quantcast
Channel: TVM » Current Affairs Posts
Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Daqqa ta’ ħarta tiffrankalu l-forka

$
0
0

Omm Iranjana li kellha lil binha maqtul madwar seba’ snin ilu kisbet l-ammirazzjoni tad-dinja wara ħelsitu lill-qattiel mill-forka.

Balal, kellu diġà l-għoqda mdawra ma’ għonqu u lest biex jieħu l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu. Ftit tal-minuti qabel, il-ġemgħa nġabret biex tara b’għajnejha b’mod ħaj l-eżekuzzjoni tiegħu fir-Repubblika Islamika tal-Iran.

Seba’ snin ilu, Balal li llum għandu ‘l fuq minn 20 sena, qatel lil Abdollah Hosseinzadeh, żagħżugħ ta’ 18-il sena wara ġlieda li nqalgħet fit-triq fir-raħal żgħir ta’ Royan, li hija provinċja żgħira f’Mazandaran. Skont il-liġi tax-sharia, il-qraba tal-vittmi kienu se jieħdu sehem fil-kastig ta’ Balal billi jimbottaw is-siġġu li kien fuqu.

Iżda dak li kienet qed tistenna l-ġemgħa preżenti ma seħħx hekk kif omm il-vittma dehret tersaq lejh, u flok ixxuttjat is-siġġu, hija tagħtu daqqa ta’ ħarta f’wiċċu u wara ddeċidiet li taħfirlu. Missier il-vittma neħħa l-għoqda minn madwar għonq iż-żagħżugħ u salvalu ħajtu.

Ir-ritratti ttieħdu minn Arash Khamooshi, mill-aġenzija tal-aħbarijiet Isna fejn juru pass pass dak li seħħ.  Omm il-qattiel dehret tgħannaq  lil omm il-vittma fejn iż-żewġ nisa nfexxew jibku u jgħannqu lil xulxin – waħda għaliex tilfet lil binha u l-oħra għax ma tilfitx lil binha.

L-azzjoni ta’ omm il-vittma kienet ferm aktar straordinarja għax jirriżulta li dan ma kienx l-ewwel iben li tilfet. Binha ż-żgħir Amirhossein inqatel ukoll f’inċident tat-traffiku fl-età ta’ 11-il sena.

Missier il-vittma rrakkonta li kienet ħolma li bidlet il-ħsieb ta’ omm il-vittma. “Tlett ijiem qabel l-eżekuzzjoni, marti ħolmot b’ibni l-kbir fejn qalilha li jinsabu f’post tajjeb, u li ma kellhiex għalfejn tpattiha…  dan ikkalma lil marti u ddeċidejna li nerġgħu naħsbuha qabel issir l-eżekuzzjoni.

Iran execution Balal hanging chair Balal execution

The post Daqqa ta’ ħarta tiffrankalu l-forka appeared first on TVM.


Viewing all articles
Browse latest Browse all 5966

Trending Articles